- Ir-riperkussjonijiet finanzjarji tal-pandemija
- Il-GWU favur ir-riforma dwar l-użu b’mod responsabbli tal-Kannabis
- Il-GWU b’tilwima industrijali mal-PBS
- GWU Taqsima Kimika u Enerġija
- Il-GWU tilqa’ l-ħruġ mill-ġdid tal-€100 vouchers
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Gold Guard Security Services Limited
- Xi tfisser diversità?
- L-Anzjani fil-Unions
- “Ftehim kollettiv storiku għall-uffiċjali korrettivi li rridu jibqa’ ħaj”
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Grange Security (Malta) Limited
- L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU tagħmel talba lill-Kunsill Lokali ta’ Bormla
- Ftehim Kollettiv Ġdid iffirmat bejn il-GWU u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi
- Tilwima Industrijali f’Transport Malta
- Il-Ħaddiema fis-settur tas-saħħa membri tal-GWU u d-direttivi attwali
- Ftehim Kollettiv Ġdid Għall-Ħaddiema Tal-Malta Enterprise
- GWU – Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi
- Il-GWU Għaqda Pensjonanti sodisfatta bid-diskors tal-Prim Ministru
- L-Istampa
- 1 ta’ Mejju – Festa tal-Ħaddiema
- Grazzi Ħaddiem
- Messaġġ tal-President tal-GWU Victor Carachi għal Jum il-Ħaddiem
- Imniedi studju li jiddefinixxi u jikkalkula x’inhu l-Living Income
- “Ħafna mill-Ħaddiema Apprezzaw il-Mod Ta’ Kif Aħna Bħala GWU Ħdimna Matul il-Pandemija” Theo Vella
- Problema tad-dimensja
- Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà
- Stop Food Waste Day
- Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv bejn Residenza Malta u l-GWU
- Il-Pandemija; Impatt Negattiv jew Pożittiv?
- GWU Taqsima Metall u Kostruzzjoni
- Il-GWU u l-Pensjonanti
- Aktar ħidma b’risq l-Anzjani
- L-Istrajk Ġenerali tat-28 ta’ April, 1958
- Il-Faqar
- Il-GWU f’laqgħa mal-Membru Parlamentari Oliver Scicluna
- “Mhux qed tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-ħaddiema impjegati mal-G4S stazzjonati fl-MIA” – Theo Vella
- GWU – Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi
- Ftehim ta’ Kollaborazzjoni ta’ Alleanza Bejn il-GWU u ċ-CGIL
- Il-GWU f’laqgħa mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta
- Xogħol u Żvilupp, l-Ambaxxatur Taljan Jiltaqa’ ma’ min hu responsabbli mill-GWU-CGIL Ġewwa Malta
- Il-GWU, il-Fondazzjoni Dar il-Hena u l-għarfien ewlieni
- “Jum il-Ħelsien huwa l-Jum li fih bħala Union niftakru fil-ħidma mgħoddija tagħna u nfasslu l-ħidma tal-futur tagħna.” Josef Bugeja
- Il-GWU timxi bl-eżempju fejn tidħol l-ugwaljanza
- Il-GWU b’azzjoni industrijali favur il-ħaddiema tal-Kura tas-Saħħa
- GWU Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni
- L-Edukazzjoni Proattiva
- Avviż mill-GWU għall-eks-ħaddiema tat-tarzna
- Suldati jibdew jirċievu l-arretrati dovuti lilhom
- Ir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995
- Jum Dinji tal-Ilma
- GWU Għaqda Pensjonanti ddiżappuntata wara l-aħħar deċiżjoni tal-BOV
- It-Twemmin tal-GWU
- Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU
- Edukazzjoni Ekwa
- Għaliex it-Taqsimiet?
- L-Irwol tal-GWU
- X’qed tagħmel il-GWU favur in-nisa fid-dinja tax-xogħol
- Għandek xi passatemp li tixtieq taqsam magħna?
- Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali minħabba nuqqas ta’ qbil dwar ftehim settorjali tal-Ħaddiema tas-Saħħa
- Avviż mill-GWU Għaqda Pensjonanti
- L-Edukazzjoni Ekwa – Ħolma jew Possibilità?
- Il-General Workers’ Union tilqa’ b’sodisfazzjoni r-riforma fil-kirjiet ta’ qabel l-1995
- “Il-GWU ma tiddejjaq xejn li kemm fuq il-post tax-xogħol, fuq livell nazzjonali u anke fuq livell globali titkellem dejjem favur Malta u kif għandha timxi ‘l quddiem is-soċjetà tagħna.” – Josef Bugeja
- L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?
- Il-GWU u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja f’laqgħa dwar l-importanza tat-trejdjunjins biex ikollna inklużjoni b’saħħitha fuq il-postijiet tax-xogħol
- Il-Kisbiet Tal-Għaqda Pensjonanti Vis-À-Vis l-HSBC
- It-Twemmin tal-GWU
- Ħaddiema mhumiex stmati ndaqs
- Il-Bank HSBC jirreveda l-pożizzjoni oriġinali tiegħu wara laqgħa mal-GWU
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Security First Services Limited
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija Komunità Malta
- Intlaħaq ftehim bejn il-GWU u d-Diriġenti tad-Dwana
- Il-GWU qed titlob reviżjoni tal-ftehim settorjali li hi involuta fihom fis-servizz pubbliku
- Avviż lill-Ħaddiema tal-Isptar Mater Dei
- Il-GWU u l-irwol tagħha
- Aktar miżuri qegħdin jiġu introdotti mill-banek li qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent għall-anzjani
- Titjib fil-kundizzjonijiet għall-ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
- “Rebħa kbira għall-GWU… battalja legali ta’ 9 snin” – Is-Segretarju Internazzjonali tal-GWU Jason Deguara
- Il-GWU ssellem lill-vittmi tal-Um El Faroud
- X’inhuma l-benefiċċji li jġibu magħhom l-apprentisti?
- Il-GWU laqgħet l-Ambaxxatur Awstrijak għal Malta
- Il-pazjenti morda bil-kanċer u l-familjari tagħhom
- Intlaħaq ftehim bejn il-ħaddiema tar-residenza St.Vincent De Paul u l-Maniġment tal-istess residenza.
- Membri tal-GWU mhux qed jiġu trattati kif suppost
- X’inhi Dignity Action Day?
- Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali
- Il-GWU – Għaqda Pensjonanti tixtieq tirringrazzja lil Ministru Dr. Michael Farrugia
- Intlaħaq ftehim u l-GWU tirtira t-tilwima industrijali
- Il-GWU tirtira t-tilwima industrijali fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet tas-Servizz Pubbliku
- Il-moviment trejdunjonistiku tilef pilastru tal-imgħoddi
- X’qalet il-GWU dwar #therighttodisconnect
- Il-GWU tgħid li min iħaddem għandu jħallas għall-Enerġija, Renta, WIFI u spejjeż għal min ikun qed jaħdem mid-dar
- Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali favur il-membri tagħha ġewwa d-Diviżjoni tax-xogħlijiet tas-servizz pubbliku
- Kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-Forzi Armati ta’ Malta
- Il-GWU f’laqgħa mat-tmexxija ta’ ONE
- Il-GWU b’direttiva lill-care workers membri tagħha ġewwa SAMOC
- L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU kontra l-miżata li żied l-HSBC
- Il-Vaċċin kontra l-Covid-19 huwa raġġ ta’ dawl għal ħafna ħaddiema u industriji
- Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità ghat-tilqima kontra l-Covid-19
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE
- Ir-Reazzjoni Uffiċjali tal-General Workers’ Union għall-Baġit 2021
- L-ospitalità u l-avjazzjoni l-aktar li għadhom affettwati mill-pandemija
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet
- Il-GWU żżid l-azzjonijiet fis-CPSU
- Il-GWU f’laqgħa “kordjali u sodisfaċenti” mal-Air Malta
- Infermieri membri fil-GWU jappellaw għall-użu tal-maskri f’postijiet pubbliċi
- Il-GWU tawgura lil James Pearsel għall-ħatra tiegħu ta’ Chairman tal-MCESD
- Il-GWU u l-Union Print jibku t-telfa ta’ Ġurnalist veteran
- Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali
- Jum il-Ħaddiem: Messaġġ mill-President tal-GWU
- Reazzjoni tal-GWU għall-patt soċjali maqbul bejn l-imsieħba soċjali kollha
- Ir-Reazzjoni tal-GWU għat-tieni pakkett finanzjarju
- Il-GWU mhux ser taċċetta miżuri li jmorru kontra proċeduri u protokolli stabbiliti
- Il-General Workers’ Union tesiġi li min hu responsabbli jħallas ta’ għemilu u jieħu li ħaqqu.
- Il-GWU turi s-sogħba tagħha għall-mewt tas-Sur Mario Mallia
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti tal-MCESD biex tiddiskuti l-Corona Virus
- Wara li l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu, jiġu rtirati d-direttivi mill-GWU
- Il-GWU tordna azzjonijiet industrijal fis-settur tas-saħħa għall-ħaddiema tal-kumpanija Healthmark
- Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPE
- Il-GWU tikkundanna l-mibgħeda razzjali
- Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali fl-Isptar Monte Carmeli
Struttura

Kungress Nazzjonali
L-Istatut tal-General Workers’ Union jidentifika l-Kungress Nazzjonali bħala l-ogħla organu fil-GWU. Il-Kungress Nazzjonali jitlaqqa’ kull erba’ snin u huwa l-fora li fih id-Delegati jiddiskutu, jiddeċiedu u jadottaw il-politika tal-GWU għall-ġejjieni. Il-Kungress Nazzjonali jeleġġi wkoll l-Amministrazzjoni Ċentrali.
Kunsill Nazzjonali
Il-Kunsill Nazzjonali huwa l-organu ta’ tmexxija tal-Union. Dan hu kompost mill-Amministrazzjoni Ċentrali, Segretarji tat-Taqsimiet kif ukoll rappreżentanti mill-istess taqsimiet. Kemm l-Għaqda tal-Pensjonanti kif ukoll il-GWU Youths huma rappreżentati fih bi dritt tal-vot waqt il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Amministrazzjoni Ċentrali
Il-membri tal-Amministrazzjoni Ċentrali huma eletti mill-Kungress Nazzjonali għal terminu ta’ erba’ snin. L-Amministrazzjoni Ċentrali li hi l-organu eżekuttiv tal-GWU hija magħmula mill-President, is-Segretarju Ġenerali u mid-Deputat Segretarju Ġenerali. L-Amministrazzjoni Ċentrali hija wkoll membru ex-officio tal-Kunsill Nazzjonali.
Konferenzi Ġenerali Kwadriennali tat-Taqsimiet
Kull erba’ snin isiru l-Konferenzi Ġenerali Kwadriennali tat-Taqsimiet. Qabel il-Konferenza Nazzjonali tat-Taqsima għandha ssir sejħa għal mozzjoni u għal nominazzjonijiet għall-uffiċjali u membri biex jifforma l-Kumitat Eżekuttiv tat-Taqsima għall-erba’ snin.
Filwaqt li s-Segretarji tat-Taqsimiet jiġu maħtura kull erba’ snin mill-Konferenza tat-taqsimiet rispettivi tagħhom. Is-Segretarju Internazzjonali jinħatar kull erba’ snin mill-Kungress Nazzjonali.
It-Tmien Taqsimiet tal-GWU huma mmexxija b’mod distint mill-Kumitat Eżekuttivi tagħhom li huma magħmula minn, President, Viċi President, Segretarju, Assistent Segretarju u minn numru ta’ membri tal-Kumitat Eżekuttiv tat-Taqsimiet rispettivi tagħhom.
Skont l-Istatut il-Kumitati Eżekuttivi għandhom isejħu mill-anqas 12-il laqgħa kull sena (preferibbli kull xahar) jew kif ikun meħtieġ sabiex ikunu diskussi kwistjoni li jinħolqu, xi ċirkostanzi straordinarji kif ukoll tkun diskussa t-tmexxija tas-sezzjoni.
Is-Segretarju tat-Taqsima huwa responsabbli mit-tmexxija tat-taqsima u jokkupa din il-kariga fuq bażi ta’ full-time, filwaqt li l-kumplament tal-uffiċjali eletti ta’ kull sezzjoni huma fuq bażi ta’ part-time.
Delegati
L-imsieħba tal-GWU ikunu mqassma f’kull Taqsima fi gruppi li minnhom jintgħażlu Delegati biex jirrappreżentawhom fil-Konferenzi Ġenerali tat-Taqsima u fil-Kungress Nazzjonali tal-Union. Id-delegati huma eletti kull erba’ snin waqt il-laqgħat ġenerali tal-gruppi fejn dawn jitmexxew mill-Amministrazzjoni tat-Taqsima rispettiva. Huma jirrappreżentaw il-gruppi differenti ta’ ħaddiema membri fil-GWU. Huma jaħtru l-uffiċjali tal-Union fejn flimkien mal-Kungress Nazzjonali taqa’ r-responsabbiltà għall-aħjar tmexxija tal-GWU.
Sħubija
Il-GWU tilqa’ fi ħdanha u hija miftuħa għall-ħaddiema kollha irrispettivament mill-istatus tagħhom, orjentazzjoni sesswali, reliġjon, paga jew salarju. Il-Pensjonanti u ż-Żgħażagħ jistgħu wkoll jissieħbu fil-Union permezz tal-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom. Il-membri tal-Union jagħmlu parti minn segretarjat kummerċjali differenti skont il-professjoni, is-settur u l-kummerċ tagħhom.