Artiklu dirett għall-punt li juri l-istampa tas-suġġett mitkellem meħud mill-perspettiva ta’ trejdunjonista. Dan huwa l-artiklu ‘L-istampa’ fi ftit kliem. Permess ta’ dan l-ispazju, darba fix-xahar ser inkunu qed inwasslu l-istampa fuq xi suġġett li nkunu għażilna sabiex niktbu fuqu. Kull artiklu, L-istampa, ser ikun imqassam fi tliet sezzjonijiet b’erba’ punti kull wieħed.
Għaliex imqassam hekk?
- Iktar faċli biex issegwi u tfiehem x’hemm miktub.
- Jgħinek tiffoka mingħajr distrazzjonijiet.
- Iktar faċli biex jinkiteb u jinqara.
- Huwa stil ta’ kitba li jwasslek dirett għall-punt
Xi temi li ser niddiskutu fuqhom?
- Suġġetti soċjali u kurrenti.
- Temi industrijali li huma marbuta max-xogħol.
- Diskussjonijiet fuq is-settur tal-edukazzjoni
- Kitbiet li jitkellmu fuq it-turiżmu.
Ir-raġunijiet wara ‘L-istampa’
- Hemm diversi suġġetti li huma ta’ interess kemm għalina kif ukoll għall-qarrejja, u li nemmnu li għandna niktbu dwarhom.
- Hija opportunità edukattiva kemm għalina li qed niktbu l-artiklu kif ukoll għall-qarrejja.
- Hija idea li nibdet minn xewqa li noffru stampa differenti minn dak forsi li aħna mdorrijin biha.
- Ir-raġuni ewlenija hija dik li niżraw element ta’ diskussjoni kostruttiva, moderata u matura.
Konklużjoni
Kif wieħed jista’ jinnota l-artiklu huwa mqassam bl-istess mod kif ser jitqassmu l-artikli L-istampa l-oħra. Kif tennejna diġà l-artikli kollha ser ikunu diretti mingħajr tidwir tal-lewża. Aħna stess, kultant insibuha diffiċli li naqraw artiklu twil. Għalhekk saqsejna lilna nfusna kieku kif kellu jkun artiklu li jinqara malajr, però bl-informazzjoni meħtieġa. B’hekk nibdet din l-idea tal-artiklu L-istampa. Din il-kitba ser tibda tkun kull l-ewwel Tnejn tax-xahar. Għalhekk nistednukom tibqgħu ssegwu dawn is-sensiela t’artikli, ‘L-istampa’.