- Ir-riperkussjonijiet finanzjarji tal-pandemija
- Il-GWU favur ir-riforma dwar l-użu b’mod responsabbli tal-Kannabis
- Il-GWU b’tilwima industrijali mal-PBS
- GWU Taqsima Kimika u Enerġija
- Il-GWU tilqa’ l-ħruġ mill-ġdid tal-€100 vouchers
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Gold Guard Security Services Limited
- Xi tfisser diversità?
- L-Anzjani fil-Unions
- “Ftehim kollettiv storiku għall-uffiċjali korrettivi li rridu jibqa’ ħaj”
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Grange Security (Malta) Limited
- L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU tagħmel talba lill-Kunsill Lokali ta’ Bormla
- Ftehim Kollettiv Ġdid iffirmat bejn il-GWU u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi
- Tilwima Industrijali f’Transport Malta
- Il-Ħaddiema fis-settur tas-saħħa membri tal-GWU u d-direttivi attwali
- Ftehim Kollettiv Ġdid Għall-Ħaddiema Tal-Malta Enterprise
- GWU – Taqsima Professjonisti Finanzi u Servizzi
- Il-GWU Għaqda Pensjonanti sodisfatta bid-diskors tal-Prim Ministru
- L-Istampa
- 1 ta’ Mejju – Festa tal-Ħaddiema
- Grazzi Ħaddiem
- Messaġġ tal-President tal-GWU Victor Carachi għal Jum il-Ħaddiem
- Imniedi studju li jiddefinixxi u jikkalkula x’inhu l-Living Income
- “Ħafna mill-Ħaddiema Apprezzaw il-Mod Ta’ Kif Aħna Bħala GWU Ħdimna Matul il-Pandemija” Theo Vella
- Problema tad-dimensja
- Jum Dinji għas-Saħħa u s-Sigurtà
- Stop Food Waste Day
- Iffirmat l-ewwel ftehim kollettiv bejn Residenza Malta u l-GWU
- Il-Pandemija; Impatt Negattiv jew Pożittiv?
- GWU Taqsima Metall u Kostruzzjoni
- Il-GWU u l-Pensjonanti
- Aktar ħidma b’risq l-Anzjani
- L-Istrajk Ġenerali tat-28 ta’ April, 1958
- Il-Faqar
- Il-GWU f’laqgħa mal-Membru Parlamentari Oliver Scicluna
- “Mhux qed tiġi rispettata d-deċiżjoni tal-ħaddiema impjegati mal-G4S stazzjonati fl-MIA” – Theo Vella
- GWU – Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi
- Ftehim ta’ Kollaborazzjoni ta’ Alleanza Bejn il-GWU u ċ-CGIL
- Il-GWU f’laqgħa mal-Ambaxxatur Taljan għal Malta
- Xogħol u Żvilupp, l-Ambaxxatur Taljan Jiltaqa’ ma’ min hu responsabbli mill-GWU-CGIL Ġewwa Malta
- Il-GWU, il-Fondazzjoni Dar il-Hena u l-għarfien ewlieni
- “Jum il-Ħelsien huwa l-Jum li fih bħala Union niftakru fil-ħidma mgħoddija tagħna u nfasslu l-ħidma tal-futur tagħna.” Josef Bugeja
- Il-GWU timxi bl-eżempju fejn tidħol l-ugwaljanza
- Il-GWU b’azzjoni industrijali favur il-ħaddiema tal-Kura tas-Saħħa
- GWU Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni
- L-Edukazzjoni Proattiva
- Avviż mill-GWU għall-eks-ħaddiema tat-tarzna
- Suldati jibdew jirċievu l-arretrati dovuti lilhom
- Ir-riforma tal-kirjiet ta’ qabel l-1995
- Jum Dinji tal-Ilma
- GWU Għaqda Pensjonanti ddiżappuntata wara l-aħħar deċiżjoni tal-BOV
- It-Twemmin tal-GWU
- Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi fi ħdan il-GWU
- Edukazzjoni Ekwa
- Għaliex it-Taqsimiet?
- L-Irwol tal-GWU
- X’qed tagħmel il-GWU favur in-nisa fid-dinja tax-xogħol
- Għandek xi passatemp li tixtieq taqsam magħna?
- Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali minħabba nuqqas ta’ qbil dwar ftehim settorjali tal-Ħaddiema tas-Saħħa
- Avviż mill-GWU Għaqda Pensjonanti
- L-Edukazzjoni Ekwa – Ħolma jew Possibilità?
- Il-General Workers’ Union tilqa’ b’sodisfazzjoni r-riforma fil-kirjiet ta’ qabel l-1995
- “Il-GWU ma tiddejjaq xejn li kemm fuq il-post tax-xogħol, fuq livell nazzjonali u anke fuq livell globali titkellem dejjem favur Malta u kif għandha timxi ‘l quddiem is-soċjetà tagħna.” – Josef Bugeja
- L-isfidi tal-GWU u x’jagħmilna aħna?
- Il-GWU u l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja f’laqgħa dwar l-importanza tat-trejdjunjins biex ikollna inklużjoni b’saħħitha fuq il-postijiet tax-xogħol
- Il-Kisbiet Tal-Għaqda Pensjonanti Vis-À-Vis l-HSBC
- It-Twemmin tal-GWU
- Ħaddiema mhumiex stmati ndaqs
- Il-Bank HSBC jirreveda l-pożizzjoni oriġinali tiegħu wara laqgħa mal-GWU
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni tal-kumpanija Security First Services Limited
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija Komunità Malta
- Intlaħaq ftehim bejn il-GWU u d-Diriġenti tad-Dwana
- Il-GWU qed titlob reviżjoni tal-ftehim settorjali li hi involuta fihom fis-servizz pubbliku
- Avviż lill-Ħaddiema tal-Isptar Mater Dei
- Il-GWU u l-irwol tagħha
- Aktar miżuri qegħdin jiġu introdotti mill-banek li qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent għall-anzjani
- Titjib fil-kundizzjonijiet għall-ħaddiema fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma
- “Rebħa kbira għall-GWU… battalja legali ta’ 9 snin” – Is-Segretarju Internazzjonali tal-GWU Jason Deguara
- Il-GWU ssellem lill-vittmi tal-Um El Faroud
- X’inhuma l-benefiċċji li jġibu magħhom l-apprentisti?
- Il-GWU laqgħet l-Ambaxxatur Awstrijak għal Malta
- Il-pazjenti morda bil-kanċer u l-familjari tagħhom
- Intlaħaq ftehim bejn il-ħaddiema tar-residenza St.Vincent De Paul u l-Maniġment tal-istess residenza.
- Membri tal-GWU mhux qed jiġu trattati kif suppost
- X’inhi Dignity Action Day?
- Il-GWU tiddikjara tilwima industrijali
- Il-GWU – Għaqda Pensjonanti tixtieq tirringrazzja lil Ministru Dr. Michael Farrugia
- Intlaħaq ftehim u l-GWU tirtira t-tilwima industrijali
- Il-GWU tirtira t-tilwima industrijali fid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet tas-Servizz Pubbliku
- Il-moviment trejdunjonistiku tilef pilastru tal-imgħoddi
- X’qalet il-GWU dwar #therighttodisconnect
- Il-GWU tgħid li min iħaddem għandu jħallas għall-Enerġija, Renta, WIFI u spejjeż għal min ikun qed jaħdem mid-dar
- Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali favur il-membri tagħha ġewwa d-Diviżjoni tax-xogħlijiet tas-servizz pubbliku
- Kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar għall-Forzi Armati ta’ Malta
- Il-GWU f’laqgħa mat-tmexxija ta’ ONE
- Il-GWU b’direttiva lill-care workers membri tagħha ġewwa SAMOC
- L-Għaqda Pensjonanti tal-GWU kontra l-miżata li żied l-HSBC
- Il-Vaċċin kontra l-Covid-19 huwa raġġ ta’ dawl għal ħafna ħaddiema u industriji
- Il-GWU bi proposta biex il-ħaddiema tal-banek jingħataw prijorità ghat-tilqima kontra l-Covid-19
- Il-GWU tirreġistra tilwima Industrijali mal-Aġenzija tal-Qorti
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti mad-diriġenti ta’ ONE
- Ir-Reazzjoni Uffiċjali tal-General Workers’ Union għall-Baġit 2021
- L-ospitalità u l-avjazzjoni l-aktar li għadhom affettwati mill-pandemija
- Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet
- Il-GWU żżid l-azzjonijiet fis-CPSU
- Il-GWU f’laqgħa “kordjali u sodisfaċenti” mal-Air Malta
- Infermieri membri fil-GWU jappellaw għall-użu tal-maskri f’postijiet pubbliċi
- Il-GWU tawgura lil James Pearsel għall-ħatra tiegħu ta’ Chairman tal-MCESD
- Il-GWU u l-Union Print jibku t-telfa ta’ Ġurnalist veteran
- Stqarrija Konġunta bejn il-GWU u l-Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali
- Jum il-Ħaddiem: Messaġġ mill-President tal-GWU
- Reazzjoni tal-GWU għall-patt soċjali maqbul bejn l-imsieħba soċjali kollha
- Ir-Reazzjoni tal-GWU għat-tieni pakkett finanzjarju
- Il-GWU mhux ser taċċetta miżuri li jmorru kontra proċeduri u protokolli stabbiliti
- Il-General Workers’ Union tesiġi li min hu responsabbli jħallas ta’ għemilu u jieħu li ħaqqu.
- Il-GWU turi s-sogħba tagħha għall-mewt tas-Sur Mario Mallia
- Il-GWU titlob laqgħa urġenti tal-MCESD biex tiddiskuti l-Corona Virus
- Wara li l-Gvern ressaq il-proposti tiegħu, jiġu rtirati d-direttivi mill-GWU
- Il-GWU tordna azzjonijiet industrijal fis-settur tas-saħħa għall-ħaddiema tal-kumpanija Healthmark
- Il-GWU b’azzjonijiet industrijali fl-NCPE
- Il-GWU tikkundanna l-mibgħeda razzjali
- Il-GWU tirreġistra tilwima industrijali fl-Isptar Monte Carmeli
Segretarji tat-Taqsimiet

Rita Dimech
Segretarju – Taqsima Kimika u Enerġija
Imwielda f’Settembru tal-1961, hija bdiet taħdem bħala Operator mal-kumpanija Shirasuna Ltd kif ukoll bħala infermiera fl-Isptar tal-Blue Sisters. Fl-1980 bdiet taħdem mal-Hob Electronics (kumpanija tal-Playmobil) bħala Operatur tal-Magni, imbagħad fl-1990 laħqet Quality Inspector. Fl-1996 ingħaqdet mal-Playmobil Funpark bħala Sales Assistant u fi ftit xhur kienet promossa għal Sales Representative. Ftit żmien wara hija laħqet bħala Administrative Coordinator. L-involviment tagħha mal-GWU beda meta Dimech ingħaqdet mal-Union fl-1978 u saret Shop Steward fl-1981, hija kienet Assistent Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija u kif ukoll membru tal-Kunsill tal-GWU. Qabel ma kienet eletta bħala Segretarju tat-Taqsima, għal 6 snin hija kienet President tal-istess taqsima. Rita Dimech tħobb ħafna taqra, speċjalment bijografiji u tħobb ħafna ssiefer. Hi studjat ukoll il-mużika għand Sister Eastwood.
e-mail: rdimech@gwu.org.mt

David Darmanin
Segretarju – Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni
Imwieled fi Frar tal-1959 wara aktar minn 38 sena jaħdem fi-De La Rue, fi Frar tal-2014 kien elett Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni. Qabel ma laħaq segretarju huwa kien ukoll rappreżentant tal-ħaddiema għall-28 sena, primarjament bħala Shop Steward, iżda kien ukoll membru fl-Eżekuttiv tat-Taqsima u kif ukoll membru tal-Kunsill Nazzjonali tal-GWU. Huwa dilettant kbir tal-karozzi antiki u klassiċi, fil-fatt fil-ħin liberu tiegħu jieħu gost iżarma, isewwi u jerġa’ jarma mill-ġdid dawn it-tip ta’ karozzi.
E-mail: ddarmanin@gwu.org.mt

Sandro Vella
Segretarju – Taqsima Marittima u Avjazzjoni
Imwieled f’Mejju 1967 Sandro Vella wara li ngħaqad mal-Air Malta bħala Cabin Crew mill-1987 sal-2009, huwa serva bħala Segretarju tal-Union tal-Cabin Crew għall-13-il sena (1996-2009). Bħala Segretarju huwa kien responsabbli mill-iffirmar ta’ tliet Ftehim Kollettivi u mill-MOU dwar ir-Rescue Plan fl-2007. Fl-2011 ingħaqad mal-ETC għal sentejn fuq proġett tal-UE dwar il-Youth Employment Programme (YEP). Vella ngħaqad mal-GWU f’Lulju tal-2014 bħala Assistant Segretarju tal-Marittima u Avjazzjoni. Kien f’Lulju tal-2015, fl-età ta’ 48 sena huwa ġie nnominat u elett bħala Segretarju tal-istess taqsima.
e-mail: svella@gwu.org.mt

Kenny Muscat
Segretarju – Taqsima Ospitalità u Ikel
Imwieled f’Marzu 1982 Kenny Muscat ħadem b’mod temporanju fis-settur tal-Ospitalità matul l-edukazzjoni għolja tiegħu. Wara l-istudji, huwa beda l-karriera tiegħu fil-qasam tas-Sales and Marketing. Beda jkun attiv fil-qasam trejdunjonistiku meta beda jaħdem mal-General Soft Drinks fid-dipartiment tal-kwalità. Kien hawn li ntagħżel mill-kollegi tiegħu biex ikun ir-rappreżentant tagħhom tal-GWU kif ukoll bħala Rappreżentant tas-Saħħa u Sigurtà. F’dan il-perjodu kien ukoll membru fl-Eżekuttiv tat-Taqsima. F’Ġunju tal-2014 ingħaqad mal-GWU bħala Assistant Segretarju tat-Taqsima Ospitalità u Ikel. Imbagħad kien f’Novembru tal-2015 li waqt Konferenza straordinarja tas-sezzjoni, inħatar Segretarju tat-Taqsima.
e-mail: kmuscat@gwu.org.mt

Jason Deguara
Segretarju Internazzjonali
Wara li d-delegati fil-Konferenza Nazzjonali tal-2015 approvaw tibdil fl-istatut, Jason Deguara kien maħtur bħala l-ewwel Segretarju Internazzjonali tal-GWU. Aktar qabel, Deguara serva għal tmien snin bħala Segretarju tat-Taqsima Kimika u Enerġija. L-involviment ta’ Deguara fil-qasam trejdunjonistiku imur lura għal aktar minn 28 sena hekk kif huwa kien maħtur minn sħabu l-ħaddiema tal-kumpanija Playmobil Malta biex ikun ir-rappreżentant u x-ShopSteward tagħhom. Dawn is-snin servew biex hu jkun jista’ jifhem id-diffikultajiet lit a’ kuljum jħabbtu wiċċhom magħhom il-ħaddiema. Fil-ħin ħieles tiegħu huwa jħobb isegwi l-logħob tal-futbol, jivjaġġa u jaqra.
e-mail: jdeguara@gwu.org.mt

Tony Żarb
Aġent Segretarju – Taqsima tal-Pensjonanti
Imwieled f’Jannar tal-1954, Tony Zarb, illum il-ġurnata qed jokkupa l-kariga bħala Acting Segretarju tat-Taqsima tal-Pensjonanti. Huwa beda jaħdem fil-lukanda Hilton bħala apprentist, ħadem ma’ Simonds Farsons Cisk bħala Operator u fil-kumpanija Blue Bell fejn hemm kien rappreżentant tal-ħaddiema. Fl-1985 kien appuntat għall-ewwel darba bħala Assistant Segretarju tat-Taqsima Port u Trasport fejn sena wara ġie maħtur Segretarju tal-istess Taqsima. Fl-1986 ġie elett bħala Deputat Segretarju Ġenerali fejn sentejn wara jiġifieri fl-1988 huwa ġie elett bħala Segretarju Ġenerali tal-GWU fejn żamm din il-kariga għall-17-il sena. Fis-sena 2020 Zarb ġie maħtur bħala Segretarju tal-Għaqda Pensjonanti (Acting).
e-mail: pensioners@gwu.org.mtTaqs

Kendrick Bondin
Segretarju – Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi
Imwieled fi Frar 1986 beda jirrappreżenta lill-ħaddiema fis-servizz Pubbliku billi kien jiffoka fuq proġetti ffinanzjati tal-Ewropej. Fl-1 ta’ Ottubru 2013, huwa beda jaħdem mal-General Workers’ Union bħala bħala Assistant Segretarjufit-Taqsima tal-Gvern u Entitajiet Pubbliċi. Fl-2016 huwa ġie elett bħala Segretarju taż-Żgħażagħ tal-GWU, fejn kien responsabbli għall-affarijiet taż-żgħażagħ, għall-avvenimenti u l-proġetti. Bondin għandu Baċellerat fil-Komunikazzjoni u l-Filosofija u Baċellerat fix-Xjenza ((Hons) fl-Isport u fl-Active Lifestyle. Esperjenza preċedenti oħra jinkludu l-kariga ta’ Projects Manager fit-Taqsima tal-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet u bħala Prinċipal fi ħdan l-uffiċċju tal-Prim Ministru. Il-passatempi tiegħu jinkludu dawk sportivi, yoga, id-drittijiet tal-bniedem u ċivili. Barra minn hekk iħobb ħafna l-annimali u l-ħarsien tal-ambjent.
e-mail: kbondin@gwu.org.mt

Larinov Muscat
Segretarju – Taqsima taż-Żgħażagħ tal-GWU
Imwieled f’Mejju tal-1993, Larinov Muscat ingħaqad mal-Għaqda tal-GWU Youths f’Marzu 2013, fejn bħala membru attiv kien jipparteċipa fl-attivitajiet li kienet torganizza l-għaqda fosthom Freshers’ Week fl-Università ta’ Malta, bħala persuna tekniku fuq programm tar-radju li jismu “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu” kif ukoll diversi workshops. Fl-2016, Muscat ingħata fiduċja mill-membri sabiex jokkupa l-kariga ta’ Teżorier. Fil-preżent huwa jaħdem bħala Business Applications Consultant ma’ kumpanija privata fil-qasam tal-Informatika u Teknoloġija u bħala volontarju huwa jagħti l-ħin tiegħu biex jaqdi l-irwol bħala segretarju tat-Taqsim tal-GWU Youths. Huwa għandu Baċellerat (Hons) fil-Computing and Business mill-Università ta’ Malta, Diploma mill-Università ta’ Cambridge fuq l-Informatika u Teknoloġihja, Ċertifikat tas-Cisco CCNA Routing and Switching. Esperjenzi preċedenti tax-xogħol u responsabbiltà jinkludu dawk ta’ Junior/Strudent IT Administrator fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fid-dipartiment tal-Kummerċ kif ukoll fl-Identity Malta, taħt il-programm tal-MITA Student Placement. Muscat jinteressa ruħu fl-isports, b’mod speċjali fil-football, fejn fl-għaqda kien wieħed mill-persuni li nħoloq it-team tal-footbal tal-GWU Youths, Informatika u Teknoloġija. Huwa interessat ukoll fil-ħarsien ambjentali, u kif ukoll il-ħarsien tal-annimali.
e-mail: larinov.muscat@gwuyouths.com

Theo Vella
Segretarju – Taqsima Korpi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurta u tal-Infurzar tal-Liġi
Imwieled f’Ottubru tal-1973 Theo Vella bejn l-1992 u l-1995 ħadem fil-qasam tas-sigurtà f’diversi stabbilimenti tad-divertiment partikolarment f’Paceville. F’Diċembru tal-1995 Vella daħal fil-Korp tal-Pulizija fir-rank ta’ Kuntistabbli fejn ġie stazzjonat fit-Taqsima Forensika tal-Korp tal-Pulizija. Wara taħriġ intensiv, f’Marzu tal-1996 ikkwalifika bħala Scene of Crime Officer fejn għal aktar minn 20 sena ta s-servizz tiegħu bħala uffiċjal tax-xena tar-reat u kien nominat f’inkjesti Maġisterjali bħala espert tal-Qorti fuq diversi delitti serji. F’Ottubru tal-2001 ġie promoss għar-rank ta’ Surġent wara li wettaq b’suċċess taħriġ fl-akkademja tal-Pulizija.
Vella involva ruħu fit-trejdunjoniżmu immedjatament malli għaddiet il-liġi li membri tal-Forzi Dixxiplinati setgħu jissieħbu fi Trade Union tal-għażla tagħhom, jiġifieri fi Frar 2015. Kien wieħed minn seba’ (7) fundaturi tal-Police Officers’ Union (POU) li ġiet irreġistrata bħala Trade Union ftit xhur wara li għaddiet il-liġi. F’Mejju 2017 Vella ġie nnominat u approvat mill-konferenza biennali bħala Assistent Segretarju responsabbli mill-Korpi Dixxiplinati fi ħdan il-GWU. Fil-Konferenza Ġenerali t’Ottubru 2017 is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja ħabbar li se titwaqqaf it-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi. Wara li ħarġet sejħa pubblika għall-kariga ta’ Segretarju Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u tal-Infurzar tal-Liġi Vella tefa’ n-nomina u ġie maħtur Segretarju f’Diċembru 2017 wara li ġie approvat mid-delegati.
e-mail: tvella@gwu.org.mt

Jesmond Marshall
Segretarju – Taqsima Metall u Kostruzzjoni
Imwieled f’Diċembru tal-1965 beda l-istudju fl-iskola tal-Gvern ta’ Raħal il-Ġdid. Wara li spiċċa s-sekondarja, huwa ħa kors fl-istudji tat-Turiżmu, imbagħad ħadem f’diversi lukandi sakemm fl-1984 daħal jaħdem l-Isptar bħala Health Assistant.
Minn ċkunitu huwa kien dejjem attiv fil-qasam trejdunjonistiku, fil-fatt daħħal għall-ewwel darba lill-Health Assistants membri mal-GWU u kien ix-shop steward tagħhom. Fl-1989, huwa telaq minn mal-Gvern fejn daħal jaħdem f’kumpanija tat-Tarzna. Meta għalqet din il-kumpanija, huwa ġie impjegat mat-Tarzna ta’ Malta. Fl-2003, kien wieħed mid-900 ħaddiem li ġew imneħħija mit-Tarzna u mibgħuta ma’ kumpanija tal-Gvern, Industrial projects Services Limited. Huwa ħadem il-Maltapost u iktar tard l-Eden Foundation/Inspire, fejn għal tmien snin huwa kien jagħmel xogħol ta’ Instructor fl-IT. F’dan iż-żmien Jesmond speċjalizza fuq it-tagħlim tal-IT b’korsijiet anke barra minn Malta. Fl-2014, huwa mar jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħala l-Uffiċjal inkarigat mill-Office Management.
Matul dan iż-żmien huwa baqa’ attiv fil-GWU, fejn kien membru tal-Eżekuttiv tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni, u iktar wara Assistent Segretarju tal-istessTaqsima. Irrappreżenta t-taqsima f’diversi laqgħat u konferenzi barra minn Malta. Huwa wkoll membru tal-eżekuttiv tal-European Federation of Building and Woodworkers (EFBWW). Fl-2015, Marshall beda jaħdem full time il-GWU, fejn imbagħad ħa l-pożizzjoni ta’ Segretarju tat-Taqsima wara li rtira Pawlu Bugeja fl-2017. Huwa dilettant kbir tal-mużika, speċjalment dik rock, kif ukoll tal-films u jħobb jivvjaġġa.
e-mail: jmarshall@gwu.org.mt

Riccarda Darmanin
Segretarju – Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi
Imwielda f’Ġunju 1963, Riccarda Darmanin ħadet l-edukazjoni tagħha fl-iskola tal-Immaculate Conception High School ta’ Ħal Tarxien u fl-Upper Secondary School l-Imsida. Bdiet taħdem bħala rappreżentanta tal-ħaddiema fi ħdan il-Bank of Valletta plc fejn damet taħdem għal 32 sena. Fis-sena 2017 ġiet promossa għall-Financial Advisor wara li ġabet id-Diploma bħala Certified European Financial Analyst li hija rikonoxxuta mill-Financial Conduct Authority FCA tal-Ingilterra, kif ukoll mir-Regolatur Finanzjarju f’Malta, l-MFSA. Bħalissa qed tkompli fl-istudji tagħha fl-Università ta’ Malta fid-Diploma tal-Gender, Society and Work. Kien waqt il-Konferenza Straordinarja tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi, meta Darmanin ġiet nominata u wara approvata bħala Segretarju tal-istess Taqsima fil- 1 ta’ Lulju 2019. Hija qed tirraprezenta lill-GWU f’diversi kumitati Ewropej, kif ukoll tifforma parti mill-Kumitat Ezekuttiv tal-EuroCadres u membru attiv fil-kumitat tal-Uniglobal Union. L-interessi personali taghha jinkludu safar, qari u films.
e-mail: rdarmanin@gwu.org.mt